Futbol Sport

Ħamrun bi tliet punti mportanti kontra Floriana

(Ritratt: Catriel Farrugia)

FLORIANA ……… 1

ĦAMRUN ……….. 2

Floriana: G.Kitanov, A.Magri-Overand (A.Garzia 65′), C.Rutjens, Z.Cassar, A.Caseres (E.Rebenja 65′), K.Keqi, J.Arias (B.Paiber 71′), N.Garcia, E.Callegari, J.Busuttil (A.Ciolacu 65′), R.Camenzuli (D.Agius 80′)

Ħamrun: H.Bonello, D.Gojkovic, J.Mbong, L.Soufiane (F.El Bakhtaoui 70′), J.Soares, A.Oyama, F.Sasere, L.Gambin, K.Micallef, I.Ntow, E.Marcelina

Referee: D.Agius

Assistenti Referees: R.Vella, J.Muscat

Fl-Istadium Nazzjonali Ħamrun kisbu rebħa mportanti ta’ 2-1 kontra Floriana, biex kisbu t-tieni rebħa tal-istaġun. B’din ir-rebħa Ħamrun laħqu lill-istess Floriana b’sitt punti fil-klassifika tal-Kampjonat BOV Premier.

Fil-ħames minuta l-ewwel azzjoni perikoluża għal Floriana meta minn cross ta’ Ryan Camenzuli, Adam Magri-Overand ikkonkluda, iżda ra x-xutt tiegħu salvat tajjeb minn Henry Bonello.

Fl-10 minuta Floriana għal darb’oħra viċin il-gowl meta wara żball difensiv ta’ Joseph Mbong, aprofitta Jose Arias li ra l-konklużjoni tiegħu mdawwra f’corner minn Bonello.

Madanakollu fit-18-il minuta kienu Ħamrun li marru fil-vantaaġġ, meta x-xutt mid-distanza ta’ Isaac Ntow ħasad lil goalkeeper Georgi Kitanov u spiċċa fix-xibka għal 1-0.

Fis-27 minuta Ħamrun ingħataw penalty għal foul fil-kaxxa ta’ Emiliano Callegari fuq Franklin Sasere. Biex mill-ħdax-il metru l-istess Franklin Sasere ma żbaljax għal 2-0.

Fit-tieni taqsima Floriana ħarġu jfittxu l-gowl bil-kowċ Aztori jwettaq bidla tattika. Biex fit-53 minuta huma naqqsu d-distakk meta minn cross ta’ Zack Cassar, Gojkovic naqas milli jbiegħed il-periklu, b’Augusto Caseres japrofitta u jitfa’ fix-xibka.

Matul it-tieni taqsima iż-żewġ timijet ftit li xejn ħolqu okkażjonijiet ta’ skor, b’Ħamrun jagħrfu jikkontrollaw tajjeb il-partita.