Lokali

Il-Gvern Laburista jippersisti li juża l-PBS għall-propaganda

Fil-bulettin tal-aħbarijiet tal-bieraħ, il-Gvern kompla jagħmel użu mill-istazzjon Nazzjonali biex iservih għall-propaganda li jrid jibqa’ jdaħħal fid-djar tal-Maltin u l-Għawdxin b’mod konsistenti.

Filfatt il-Ġimgħa, il-bulettin tat-8.00pm fuq TVM iddedika 60% tal-ħin kollu tiegħu lill-Gvern Laburista. 33% tal-aħbarijet kienu dwar suġġetti varji oħra, filwaqt li l-attivitajiet tal-Partit Nazzjonalista ingħataw total ta’ 7% tal-ħin kollu tal-aħbarijiet, jew 53% inqas mill-Labour.

Il-PBS qiegħed ta’ kuljum iservi ta’ noticeboard għall-Partit Laburista filwaqt li qed jonqos milli jagħti l-ħin dovut lill-Partit Nazzjonalista b’mod li verament jista’ jitqies bħala xandar bilanċjat.