Ambjent Lokali Unjoni Ewropea

Kollaborazzjoni bejn il-Kummissjoni Ewropea u bugħaddasa Maltin bħala parti mill-Patt Ekoloġiku

Numru ta’ bugħaddasa u voluntiera… is-Sibt ingħaqdu flimkien biex inaddfu l-baħar fejn il-Moll ta’ Buġibba.

Ir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta ngħaqdet ma’ Neil Agius mill-NGO Wave of Change biex nedew il-Kampanja tal-UE dwar il-Patt Ekoloġiku.

Din il-kampanja li se tinfirex fuq għadd ta’ ġimgħat… hija maħsuba biex tipprovdi għarfien akbar dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew — il-pjan tal-Kummissjoni Ewropea lejn il-kisba tal-ewwel kontinent newtrali għall-klima sal-2050 — u kif kull persuna jista’ jagħmel il-parti tiegħu biex jintlaħaq dan l-għan ambizzjuż.

Il-qofol tat-tnedija kien ħajt tal-wiri interattiv li jippreżenta l-elementi differenti tal-azzjonijiet tal-Patt Ekoloġiku.

Dan il-ħajt se jkun qed idur ma’ diversi promenades prominenti madwar Malta u Għawdex, biex jeduka lill-poplu dwar bidliet żgħar li jista jagħmlu huma u li  jista’ jkollhom effett pożittiv fuq l-ambjent u l-klima. Din il-wirja se se tittella’ wkoll fuq il-Kampus Universitarju matul il-Freshers’ Week.

Elena Grech, Kap tar-Rappreżentanza tal-KE, waqt din it-tnedija enfasizzat irreferiet għar-rimarki reċenti tal-President von der Leyen dwar l-impenji ambjentali tal-Kummissjoni fejn qalet li l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima se tkun waħda mill-prijoritajiet ewlenin tal-Kummissjoni Ewropea din is-sena.

L-UE se żżid il-kontribuzzjonijiet tagħha għall-finanzjament tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u se tirdoppja l-finanzjament tagħha għall-bijodiversità. Il-President iddikjarat li kull pajjiż għandu responsabbiltà lejn l-ambjent, iżda aħna bħala individwi nistgħu nagħmlu l-parti tagħna wkoll.

Bħala parti minn din il-kampanja, ir-Rappreżentanza qed tikkollabora wkoll ma’ diversi awtoritajiet nazzjonali u entitajiet lokali fl-organizzazzjoni ta’ għadd kbir ta’ avvenimenti ta’ sensibilizzazzjoni. Dawn jinkludu produzzjoni teatrali li tindirizza t-tfal żgħar, li ġiet inawgurata matul il-Festival Science in the City fil-Belt Valletta. Il-produzzjoni se tittella’ f’sittin skola fix-xhur li ġejjin.