L-Oppożizzjoni se tibqa’ tisħaq fuq l-bilanc u l-imparzjalitá fl-istazzjon Nazzjonali, u se tibqa’ tesponi kif l-PBS qiegħed juża r-riżorsi, mħallsa minn flus il-poplu Malti, biex jagħti aktar prominenza lill-Gvern waqt li jitfa’ lura fl-aħbarijiet u jinvesti anqas riżorsi fl-aħbarijiet marbuta mal-Oppożizzjoni.
Sa issa, jirriżulta li kien hemm 109 kumment ta’ membri tal-Kabinett tal-Gvern, fl-aħħar xahar u nofs, li kienu b’video u sound clips fejn nisimgħu u naraw lill-Ministri jagħmlu kummenti diretti lill-camera qisu xi messaġġ ta’ propoganda politika rrekordjat mill-PBS u mxandar fl-ispazju tal-aħbarijiet.
Dan waqt li ma kien hemm l-ebda kummenti diretti bħal dawn, tas-Shadow Ministers tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista.
Dwar dan, tkellmu xi persuni ma’ NET News li saħqu li m’humiex kuntenti bl-Aħbarijiet tat-TVM minħabba l-iżbilanċ li qed ikun fih bejn iż-żewġ partiti.
Kien ghalhekk li l-PN waqqaf tim legali, li se jaħdem id f’id mat-tim li qiegħed jiġbor d-data dwar l-ahbarijiet tax-xandir pubbliku….u jesponi kif il-PBS qiegħed b’mod konsistenti jippreżenta aħbarijiet li fihom diskrepanzi bejn aħbarijiet tal-Gvern u l-Oppożizzjoni.
Fi stqarrija intqal illi l-Oppożizzjoni Nazzjonalista tirriserva d-dritt li tieħu kull azzjoni, possibilment anke azzjoni legali, sabiex tissalvagwardja d-drittijiet tagħha bħala Oppozizzjoni f’demokrazija. Iżda fuq kollox se tibqa’ taħdem biex taċċerta li l-PBS ikun stazzjon li tassew ikun nazzjonali u jwassal informazzjoni lill-poplu mingħajr indħil politiku.
//= $special ?>