Formula 1 Sport

Lando Norris jikseb il-Pole Position fil-Grand Prix tar-Russja

(Ritratt: EPA)

Is-sewwieq ta’ Mc Laren Lando Norris b’mod sorpriża kiseb il-Pole Position fil-Grand Prix tar-Russja f’sessjoni ta’ kwalifikazzjoni li kienet iddominata mix-xita. Is-sewwieq ta’ Ferrari Carlos Sainz se jkun qed jibda mit-tieni post filwaqt li George Russell se jibda mit-tielet pożizzjoni.

Lewis Hamilton se jkun qed jibda mir-raba’ post wara inċident li sofra fl-aħħar dawra. Daniel Ricciardo u Fernando Alonso se jibdew mill-ħames u mis-sitt post rispettivament filwaqt li Valtteri Bottas se jibda mis-seba’ post. Lance Stroll se jkun qed jibda mit-tmien post. Sergio Perez u Esteban Ocon se jibdew mid-disa’ u mill-għaxar post rispettivament.

Kif se jibdew: 1. L. Norris, 2. C. Sainz, 3. G. Russell, 4. L. Hamilton, 5. D. Ricciardo, 6. F. Alonso, 7. V. Bottas, 8. L. Stroll, 9. S. Perez, 10. E. Ocon, 11. S. Vettel, 12. P. Gasly, 13. Y. Tsunoda, 14. K. Raikkonen, 15. M. Schumacher, 16. A. Giovinazzi, 17. N. Mazepin, 18. N. Latifi, 19. C. Leclerc, 20. M. Verstappen