Futbol Sport

Lazio jaffrontaw lil Roma fid-derby tal-kapitali

(Ritratt: EPA)

Fis-sitt ġurnata mis-Serie A, għajnejn is-segwaċi ta’ dan il-kampjonat se jkunu fuq il-partita tal-ġimgħa bejn Lazio u Roma, id-“Derby Della Capitale”. Roma jinsabu fir-raba’ post tal-klassifika hekk kif rebħu erba’ partita u tilfu partita waħda kontra Verona. Madanakollu t-tim immexxi minn Jose Mourinho qed juri kambjamenti kbar fil-logħob tiegħu u mistenni jiġġieled għall-post fl-Ewropa, għalkemm jistgħu jkun it-tim sorpriża fil-ġlieda għall-iscudetto. Min-naħa l-oħra Lazio jinsabu fis-seba’ post tal-klassifika li għadhom ġejjin minn draw kontra Torino fost il-ġimgħa. B’-żewġ attakkanti prolifiċi, Tammy Abraham għal Roma, u Ciro Immobile għal Lazio, din il-partita mistnennija jkun fija il-gowls, hekk kif iż-żewġ timijiet skorjaw 12-il gowl fil-ħames partiti tagħhom sa issa.

F’partita oħra iċ-champions attwali Inter se jaffrontaw lil Atalanta. Inter għadhom mingħajr telfa f’dan l-istaġun u minkejja li matul is-sajf kellhom ineħħu plejers importanti bħal Romelu Lukaku u Achraf Hakimi, dan it-tim, taħt Simone Inzaghi jidher li qed jilgħab tajjeb flimkien, hekk kif huma l-aktar tim li skorja gowls sa issa fis-Serie A, bi 18-il gowl. Min-naħa l-oħra Atalanta kellhom ukoll bidu tajjeb għas-Serie A fejn tilfu partita, rebħu tlieta u ġew draw oħra. Immexxija minn Gianpiero Gasperini, Atalanta jistgħu jkunu mingħajr Matteo Pessina u Luis Muriel għal kontra Inter, għalkemm it-tim minn Bergamo mistenni joffri sfida denja lil Inter.

Fi Stadio Diego Armando Maradona, il-leaders attwali Napoli se jospitaw lil Cagliari. Napoli jinsabu għaddejin minn forma mill-aqwa fejn rebħu l-ħames partiti tagħhom dan l-istaġun, bl-aktar waħda riċenti tkun kontra Sampdoria bl-iskor ta’ 4-0. Napoli huma bla dubju l-favoriti għal din il-partita, b’Cagliari jinsabu fid-19-il post b’żewġ punti biss.

It-tim li jinsab fit-tielet post Milan se jmorru għand it-tim fis-17-il post Spezia. B’riżultati kuntrastanti fil-bidu ta’dan l-istaġun, Milan se jkunu qed iħarsu lejn tliet punti minn din il-partita, għalkemm bagħtew xi ftit fir-rebħa ta’ 2-0 kontra Venezia fost il-ġimgħa. Min-naħa l-oħra Spezia se jkunu qed jittammaw fi prestazzjoni mill-aqwa jew nuqqas min-naħa ta’ Milan, jekk iridu joħorġu minn din il-partita b’xi punti.

Wara l-ewwel rebħa tagħhom kontra Spezia bl-iskor ta’ 3-2, Juventus se jkunu qed iħarsu li jkunu konsistenti fir-riżultati tagħhom, b’rebħa kontra Sampdoria. Dawn tal-aħħar għadhom ġejjin minn telfa umiljanti ta’ 4-0 f’darhom kontra l-leaders Napoli.

SERIE A

Illum Spezia v Milan 3.00pm, Inter v Atalanta 6.00pm, Genoa v Verina 8.45pm Għada Juventus v Sampdoria 12.30 pm, Udinese v Fiorentina 3.00pm, Sassuolo v Salernitana 3.00pm, Empoli v Bologna 3.00pm, Lazio v Roma 6.00pm, Napoli v Cagliari 8.45pm It-Tnejn Venezia v Torino 8.45pm