Lokali

Tifel bi ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn vettura

Tifel ta’ 10 snin kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li ntlaqat minn vettura f’Ħal Qormi hekk kif kien qiegħed isuq rota.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-4.30 tas-Sibt waranofsinhar fi Triq il-Flora meta għal xi raġuni t-tfajjel ntlaqat minn karozza misjuqa minn żagħżugħ Filippin ta’ 27 sena residenti Ħal Qormi.

Fil-post ġie msejjaħ tim mediku tal-ambulanzi li ħa lit-tifel l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.