Internazzjonali

Tiżdied il-pressjoni fuq attivisti politiċi f’Hong Kong

Grupp pro-demoktratiku f’Hong Kong li ta’ kull sena jmexxi vġili biex ifakkar il-vittmi tal-militar Ċiniż fil-protesti ta’ Tiananmen Square fl-1989 se jkollu jżarma wara l-pressjoni kbira li qed issir fuq attiviżmu politiku f’din il-belt semi-awtonoma.

Il-pressjoni fuq attivisti bdiet wara li s-sena li għaddiet, il-partit Komunista Ċiniż daħħal liġi ġdida li qal li kienet meħtieġa għas-sigurtà Nazzjonali.

Mill-introduzzjoni ta’ din il-liġi, aktar minn 100 attivist pro-demokratiku sfaw arrestati.

F’notifika mill-Pulizija, il-Hong Kong Alliance in Support of Patriotic Democratic Movements of China ix-xahar li għadda ġiet avżata li kienet tinsab taħt investigazzjoni fuq allegazzjonijiet li kienet qed taħdem għal interessi barrani. Il-grupp ċaħad dawn l-allegazzjonijiet.