Coronavirus Lokali

COVID-19: 13-il każ ġdid; ifiqu 35 persuna oħra

Fl-aħħar 24 siegħa, ġew irreġistrati 13-il każ ġdid ta’ COVID-19 f’pajjiżna filwaqt li fiequ 35 persuna oħra. B’hekk, dan ifisser li l-każi attivi huma ta’ 421.

Intant, 18-il persuna qegħdin jingħataw il-kura fl-Isptar Mater Dei, b’erbgħa minnhom jinsabu fit-taqsima tal-kura intensiva tal-Isptar. Mill-bieraħ, jidher li żdiedet persuna oħra li qed tingħata l-kura fl-Isptar.

Fortunatament, l-ebda persuna ma tilfet ħajjitha kaġun tal-virus.

Ikkummenta