Futbol Sport

Draw bejn Gżira u Birkirkara

Gżira U. ……………… 1

Birkirkara …………… 1

Gżira : A.Curmi, G.Bohrer, S.Borg, N.Muscat, S.Pisani, Y.Messias, N.Portelli, M.Maxuell, T.Espindola, J.De Assis, J.Mendoza

Birkirkara: D.Fernandes, E.Pepe, L.Montebello, P.Mbong, K.Zammit, F.Falcone, R.Scicluna, C.Attard, O.Carniello, L.Aguirre, J.Macedo

Referee: T.Farrugia Cann

Assistenti Referees: L.Portelli, C.Francalanza

Fl-Istadium Nazzjonali Gżira United u Birkirkara temew fi draw ta’ 1-1. B’dan id-draw Birkirkara żammew il-pass ma’ Hibernians fejn jinsabu fit-tieni post bi 11-il punt. Min-naħa l-oħra għal Gżira dan kien it-tielet draw tal-Kampjonat li jħallihom fis-sitt post b’sitt punti.

L-ewwel azzjoni perikoluża għal Birkirkara waslet fis-27 minuta meta minn pass ta’ Paul Mbong, Luke Montebello ra l-konklużjoni tkun salvata mill-goalkeeper Anthony Curmi.

Minkejja dan, fl-34 minuta Birkirkara marru fil-vantaġġ meta minn cross minnn fuq il-lemin ta’ Cain Attard kien l-aqwa skorer tal-Kampjonat Federico Falcone li tefa’ fix-xibka għal 1-0.

Madanakollu, Gżira irrispondew immedjatament hekk kif fis-37 minuti kisbu l-gowl tad-draw, meta minn pass ta’ Steve Borg, Yuri Messias avvanza u kkonkluda fix-xibka għal 1-1.

Fit-tieni taqsima, Birkirkara ħarġu perikolużu fejn fil-50 minuta ix-xutt ta’ Luke Montebello kien salvat tajjeb mill-goalkeeper Curmi.

Fis-70 minuta Gżira kienu viċin it-tieni gowl meta minn cross ta’ Nikolai Muscat, Jefferson De Assis ra d-daqqa ta’ ras tiegħu tgħaddi ftit barra.