Futbol Sport

Erba’ gowls fi draw bejn Sirens u Sliema

Sirens ……………. 2

Sliema ……………. 2

Sirens: J.Debono, A.Bianco, R.Tacihkawa, V.Veira (B.Gavrila 85’), A.Effiong (L.Zammit 64’), D.Albanese, A.Borg, J.Walker, F.Brandan, C.Riascos (J.Degan 64’), K.Reid.

Sliema: D.Cassar, K.Shaw, O.Elouni, D.Holla, V.Berisha (R.Sohna 85’), G.Aquilina, Y.Uchida, I.Gui, M.Beerman, J.Bilek, D.Vukovic.

Referee: I.Barbara

Fit-Tony Bezzina Stadium Sirens u Sliema temmew fi draw ta’ 2-2, liema draw ma ssodisfa lil ebda tim.

Sliema fetħu l-iskor fis-47 minuta meta minn freekick ta’ Danny Holla, Kurt Shaw ra d-daqqa ta’ ras tiegħu salvata minn Cassar, b’Omar Elouni japrofitta u jitfa’ l-ballun fix-xibka għal 1-0.

Fil-74 minuta Sirens kisbu l-gowl tad-draw meta x-xutt b’saħħtu mid-distanza ta’ Vitor Vieira spiċċa wara Cassar għal 1-1.

Sirens kisbu l-gowl tal-vantaġġ fil-81 minuta meta Fernando Brandan għeleb lil Cassar b’xutt ċentrali.

Madanakollu Sliema kisbu l-gowl tad-draw fit-88 minuta meta wara kontrattakk veloċi kien Dejan Vukovic li kkonkluda fil-lasta u għeleb lil Debono għal skor finali ta’ 2-2.