Mhumiex 80 il-klassijiet tal-Primarja li mill-ġimgħa d-dieħla se jibdew bla għalliema. Iżda huma kważi d-doppju; 150 klassi.
Dan ikkonfermatu l-MUT fi stqarrija iebsa maħruġa dalgħodu u li tgiddeb l-impressjoni li qed tipprova tagħti l-Ministru tal-Edukazzjoni Justyne Caruana.
L-union tal-għalliema tgħid illi kif saru l-affarijiet din is-sena u kif tqassmu l-għalliema kienet froġa kbira; l-agħar eżerċizzju f’dawn l-aħħar 10 snin. Dan apparti l-fatt li għalliema speċjalizzati mhux se jitħallew ikomplu jagħtu sostenn lil studenti fil-bżonn.
L-MUT diġa’ ddikjarat tilwima industrijali mal-Ministeru, u ħarġet direttivi għal dawn l-għalliema.
“Din hija kriżi li ilha xhur titntefa’ taħt it-tapit”, qalet l-MUT fl-istqarrija. U issa, il-Ministeru ta’ Justyne Caruana jinsab f’panic mode minħabba li hemm għexieren ta’ klassijiet mingħajr għalliema – lejlet li tiftaħ sena skolastika ġdida.
L-MUT stqarret b’mod ċar li dan mhux aċċettabbli, għaliex eluf ta’ studenti se jiġu affetwati.
//= $special ?>