Sport Sport Ieħor

Guye Adola jirbaħ il-Maratona ta’ Berlin 2021

L-atleta mill-Etjopja Guye Adola ħasad lil favorit Kenenisa Bekele biex rebaħ il-Maratona ta’ Berlin ta’ din is-sena. Adola, fetaħ vantaġġ minn Bekele fl-aħħar 7km, biex temm il-maratona ta’ 42.2km f’ħin ta’ 2:05.45.

It-tliet darbiet champion Olimpiku Kenesia Bekele temm il-maratona fit-tielet post, hekk kif il-Kenjan Bethwel Yegon rnexxielu jikseb it-tieni post.

Min-naħa l-oħra fil-kategorija tan-nisa kienet Gotytom Gebreslase li rebħet f’ħin ta’ 2:20:09, fl-ewwel maratona uffiċjali tagħha. Fit-tieni post klassifikat Hiwot Gebrekidan, b’Helen Tola ttemm fit-tielet post.