Lokali

“Gvern bla pjan u bla rispett” – FFPN

“L-aħħar ta’ Settembru huwa tradizzjonalment marbut mal-bidu tas-sena skolastika u din is-sena wisq aktar billi ġiet wara perjodu kaotiku li ġabet magħha l-pandemija globali tal-Covid-19.”

Kien dan li ħareġ minn stqarrija tal-FFPN meta filwaqt li rringrazzjaw ix-xogħol tal-għalliema kollh għas-servizz u d-dedikazzjoni li wrew bħala professjoni, huma għarfu li din hi professjoni importanti li dejjem ingħatat l-ġenb minn dan il-Gvern u għalhekk qed issejjaħ lil kullħadd biex jgħaraf l-importanza ta’ pjanar serju fil-qasam ta’ l-edukazzjoni.

FPPN jinnota b’dispjaċir kbir li l-Gvern reġgħa naqas u ma’ wera rispett ta’ xejn lejn l-għalliema u l-istudenti. Għal darb’oħra reġgħa ma hemmx pjan bil-ħsieb u fit-tul. Dan huwa ta’ detriment għall-pajjiz kollu. Hu għalhekk li l-Gvern jrid jindirizza l-problemi kollha speċjalment il-kundizzjoniet tax-xogħol, jaħseb għal paga xierqa, deployment għaqli, faċilitajiet sura u investiment serju f’qasam li huwa s-sinsla tal-pajjiż.

L-FPPN jawgura li l-Gvern jagħraf ir-realta’ ta’ dawn l-isfidi kollha li qed iħabbtu wiċċhom magħhom kemm l-għalliema u kemm l-istudenti; il-Gvern irid jfassal pjan għaqli fit-tul u jagħti widen lill-proposti mingħand l-istakeholders kollha kif ukoll mill-Partit Nazzjonalista. Wara kollox kulħadd għandu għal qalbu l-edukazzjoni ta’ wliedu.