Futbol Sport

Hibernians miżmuma minn Santa Lucia

Hibernians………………..1

Santa Lucia……………….1

Hibernians: I. Kone, F. Apap (B. Kristensen 27′), L. Almeida, Raphael, J. Grech (A. Attard 77′), J. Degabriele (F. Mensah 90′), D. Vella, Thaylor (Z. Grech 77′), A. Agius, G. Artiles, W. Domoraud

Santa Lucia: J. Archibald, N. Pulis, J. Pisani, F. Faria (V. Plut 40′), P. Silva, L. McKay (J. Tanti 58′), A. Souza da Silva, K. Xuereb, V. Filho, J. Zerafa (A. Vella 90′), D. Xuereb

Referee: Eman Grech

Hibernians waqqaw l-ewwel punti tal-istaġun meta kienu miżmuma fi draw ta’ 1-1 minn Santa Lucia. Kienu Santa Lucia li minkejja li ftit kienu perikolużi fetħu l-iskor wara seba’ minuti meta Victor Filho ta cross preċiż li sab lil Francisco Farias li għola fuq kulħadd u b’daqqa ta’ ras tajba għamilhom 1-0.

Hibernians wettqu reazzjoni u ġabu l-iskor indaqs man-nofsiegħa logħob meta kien Leandro Almeida li kkonkluda mill-viċin għal 1-1. Minkejja l-pressjoni ta’ Hibernians fit-tieni taqsima, Santa Lucia għarfu jikkontrollaw bżmod tajjeb biex b’hekk kisbu punt importanti.