Lil’hinn mill-ftaħir li kollox lest, it-trasferiment ta’ diversi għalliema mill-Ministeru tal-Edukazzjoni ftit siegħat biss qabel tibda s-sena skolastika biex jimla l-vojt ta’ 150 għalliem fl-iskejjel primarji tal-istat hija biss sinjal ta’ paniku frott ta’ nuqqas ta’ ppjanar. Mhux ta’ b’xejn li l-Malta Union of Teachers iddeskriviet dan l-eżerċizzju bħala “one of the most messy exercises carried in the last decade”.
Il-Partit Nazzjonalsita kien wissa’ dwar in-nuqqas ta’ preparazzjoni aktar minn xahar ilu. Il-linji gwida dwar l-operat fil-pandemija reġgħu ħarġu tard u kif wissa’ l-Partit Nazzjonalista dan qed jimpatta ħazin lill-iskejjel u lill-għalliema fil-preparazzjoni tagħhom.
F’din is-sitwazzjoni il-Partit Nazzjonalista qiegħed f’kuntatt kontinwu mal-għalliema u l-ġenituri ta’ skejjel affetwati. Jekk ma jitrangawx l-affarijiet dan se jimpatta ukoll lill-istuenti hekk kif minn hawn u ftit ġranet oħra tibda s-sena skolastika ta’ eluf ta’ student.
L-għalliema trasferiti ma ngħatawx biżżejjed ħin biex jippreparaw issa li nbidlilhom is-suġġett u l-klassi. L-istudenti se jbatu dan in-nuqqas mal-għalliema.
Il-Partit Nazzjonalista jappella lill-Ministeru tal-Edukazzjoni u jappella lill-Ministru biex jirrimedja s-sitwazzjoni mingħajr aktar dewmien.
//= $special ?>