Lokali

“Il-PN se jinvesti f’infrastruttura għal dawk id-dilettanti tat-tlielaq tal-karozzi”

“Bħalma wegħedt ser ninvestu f’infrastruttura għal dawk id-dilettanti tat-tlielaq tal-karozzi. F’Mejju impenjajt ruħi li Gvern ġdid Nazzjonalista jkun qed jibni trakka ġdida fejn huma jkunu jistgħu jsegwu tlielaq lokali u internazzjonali.”

Kien dan kliem il-Kap tal-PN, Bernard Grech f’post fuq Facebook fejn wiegħed li Gvern immexxi minnu se jagħti lill-poplu Malti trakka professjonali – approvata internazzjonalment u li tattira turiżmu apposta għaliha u kompetizzjonijiet internazzjonali tal-ogħla livell. Grech jisħaq li dik hi l-ambizzjoni tal-Partit.

Grech kompla jgħid li se jkun qed isib il-bilanċ bejn il-passatempi u d-delizzji li jeżistu, filwaqt li jagħmel l-aħjar użu mill-ispazji li għandu pajjiżna. Spiċċa jgħid li l-gvern irid jagħmel il-parti tiegħu wkoll – anke billi jinvesti fid-delizzji.