Internazzjonali

Imut il-bassist ta’ Status Quo, Alan Lancaster

Alan Lancaster, membru fundatur tal-grupp tar-Rock Status Quo u li kien magħruf fost l-aqwa bassists f’dan il-ġeneru miet fl-età ta’ 72 sena.

Hu kien parti integrali tas-suċċessi enormi li kiseb dan il-grupp bejn is-snin sittin u s-sebgħinijiet u fejn fost oħrajn spikkaw il-kanzunetti Down Down (Deeper and Down), Roll Over Get Down, Rockin’ All Over the World u Whatever You Want li kienu hits fuq iż-żewġ naħat tal-Atlantiku

Il-kantant tal-grupp Francis Rossi kien fost l-ewwel li rrikonoxxa l-kontribut kbir ta’ Alan Lancaster għal dawn is-suċċessi u wara li huma kienu bdew idoqqu flimkien fis-snin sittin taħt diversi ‘band names’ qabel iddeċidew fuq l-isem Status Quo

Intant, il-grupp Status Quo, tul is-snin, kellu wkoll erba’ albums li telgħu sal-quċċata tal-klassifika tal-albums fir-Renju Unit.