Ambjent Għawdex Lokali

L-Għarb jipprojbixxi d-dħul ta’ vetturi tal-kostruzzjoni għal ġimgħa biex jitnaqqas it-tniġġis

Il-Kunsill Lokali tal-Għarb ma tax l-aċċess lil vetturi tal-kostruzzjoni milli jidħlu fil-lokalità u ma ħariġx permessi relatat bejn is-16 u t-22 ta’ Settembru bħala parti mill-inizjattiva tal-Mobility Week li tkun ċelebrata mad-dinja kollha biex il-lokalita’ jitnaqqsilha t-tniġġis iġġenerat minn dawn il-vetturi u xogħol relatat mal-kostruzzjoni.

Jidher li din l-inizjattiva ħalliet impatt favorevoli ħafna fejn għal ftit jiem il-lokalità kienet aktar kwieta, aktar aċċessibbli għall-utenti tat-triq, u b’anqas tniġġiż fl-arja u ħsejjes.

Madanakollu, minkejja li din l-inizzjattiva tgħat nifs lir-residenti li jiffaċċjaw problemi ta’ kuljum relatati mal-industrija tal-kostruzzjoni, oħrajn, fostho kuntratturi kif ukoll nies lokali li għaddejjin minn xogħol ta’ kostruzzjoni fil-propjetà tagħhom ipprotestaw kontra din l-inizzjattiva.

Il-lokalità kienet taħt sorveljanza u għal dawk li abbużaw kien hemm penali talli kisru l-liġijiet tat-traffiku.