Formula 1 Sport

Lewis Hamilton jirbaħ il-100 Grand Prix tiegħu f’Sochi

(Ritratt: EPA)

Is-seba’ darbiet champion tad-dinja Lewis Hamilton rebaħ il-100 Grand Prix, fil-karriera tiegħu fi tmiem drammatiku f’Sochi. Lando Norris ta’ McLaren deher fil-kontroll tul it-tellieqa kollha, iżda kawża tax-xita qalila fl-aħħar dawriet, tilef il-kontroll biex spiċċa fis-seba’ post. Max Verstappen ta’ RedBull temm fit-tieni post segwit minn Carlos Sainz ta’ Ferrari fit-tielet post.

Daniel Ricciardo daħal fir-raba’ post, b’Valtteri Bottas ta’ Mercedes jtemm fil-ħames post. Fernando Alonso spiċċa fis-sitt post, b’ Kimi Raikkonen, Sergio Perez u George Russell jtemu fit-tmien, fid-disa’ u fl-għaxar post rispettivament.

B’hekk Hamilton għadu jokkupa l-ewwel post fil-klassifika tas-sewwieqa b’246.5 punt, b’Max Verstappen fit-tieni post b’żewġ punti anqas, hekk kif fadal seba’ Grand Prix sa tmiem l-istaġun.