Lokali

Minkejja li skont il-Gvern, il-familji qed ilaħqu mal-ħajja…in-nies qed jgħidu mod ieħor

Minkejja li diversi Ministri fil-Gvern ta’ Robert Abela jemmnu li l-poplu jinsab kuntent … u li l-Maltin mhux jiġu affettwati mill-għoli tal-ħajja … NET News żar it-toroq tal-Belt u staqsa lin-nies x’verament jaħsbu dwar dan u jekk hux veru qed jirnexxilhom ilaħħqu sal-aħħar tax-xahar bil-paga li jaqbdu.

Iżda diversi minnhom merew dak li qalu l-Ministri u saħqu li llum il-ġurnata, il-ħajja għoliet b’mod li ma tistax lanqas tixtri l-affarijiet bażiċi u essenzjali għall-ħajja.

Kienu diversi oħrajn li waqt li kienu qed jitkellmu magħna, semmew il-pensjonijiet u, għalkemm għall-Membru Parlamentari Laburista Ian Castaldi Paris il-pensjonijiet huma biżżejjed, in-nies stqarrew li mhux jirnexxilhom ilaħħqu bil-pensjoni.

Dan ikompli juri dak li verament għaddej minnu l-poplu Malti u Għawdxi u kif il-pjaga tal-għoli tal-ħajja qed taffettwa diversi individwi u familji.

Madankollu, il-Prim Ministru Robert Abela qed jibqa’ jaħrab milli jwieġeb dwar dan is-suġġett, filwaqt li l-Ministri tiegħu jisħqu li n-nies jinsabu kuntenti.