Futbol Sport

Mosta jegħlbu lil Balzan għall-ewwel rebħa tal-istaġun

Mosta ………….. 2

Balzan …………. 1

Mosta: M.Jovicic, R.Briffa, W.Donkin, C.Failla, T.Farrugia, I.Doric, M.Hetemaj, R.Morisco, Z.Brincat, S.Akibule, R.Ekan

Balzan: V.Vranes, A.Loof, S.Arab, M.Grima, M.Duric, P.Fenech, A.De Paixao, M.Johnson, M.Zlatkovic, M.Mijic, B.Kaljevic

Referee: M. Degabriele

Assistenti Referees: J.Spiteri, T.Debono

Mosta kisbu l-ewwel rebħa tagħhom dan l-istaġun meta fl-Istadium Nazzjonali għelbu lil Balzan bl-iskor ta’ 2-1.

Balzan marru fil-vantaġġ kmieni fil-partita meta fit-tieni minuta minn pass ta’ Alex de Paixao kien Milos Mijic li mill-viċin ikkonkluda fil-lasta għal 1-0.

Fit-12-il minuta minn pass ta’ Paul Fenech, Bojan Kaljevic għadda tajjeb lil Milos Mijic li ra l-konklużjoni tiegħu tgħaddi ftit barra mil-lasti difiżi minn Marko Jovicic.

Minkejja dan fis-16-il minuta Mosta kisbu l-gowl tad-draw meta wara pass fit-tul ta’ Ekani Rodriguez, id-difensuri ta’ Balzan naqqsu milli jbiegħdu l-periklu, b’Sunday Akinbule japrofitta u jitfa’ l-ballun fix-xibka għal 1-1.

Fil-21 minuta Mosta resqu viċin il-gowl tal-vantaġġ meta x-xutt mid-distanza ta’ Roderick Briffa ħabat mal-lasta.

Fid-29 minuta Mosta għal darb’oħra viċin meta Donkin għadda tajjeb min-naħa xellugija, bil-konklużjoni tiegħu tgħaddi ftit barra mil-lasti ta’ Vranes, bl-ewwel taqsima tintemm fi draw ta’ 1-1.

Fil-50 minuta azzjoni tajba minn Mosta meta minn cross ta’ Rodrigues Ekani kien Sunday Akibule li ra l-konklużjoni tiegħu tgħaddi għoli.

Minuta wara azzjoni perikoluża għal Balzan, meta wara pass ta’ Milan Duric, kien Bojan Kaljevic li minn posizzjoni favorevoli tefa’ għoli.

Fil-61 minuta Balzan resqu viċin il-gowl meta x-xutt ta’ Milos Milic kien salvat b’mod spettakolari mill-goalkeeper Jovicic u mdawwar f’corner.

Minkejja dan Mosta marru fil-vantaġġ fit-78 minuta meta minn pass fit-tul ta’ Clayon Failla, għal darb’ oħra inċertezza fid-difiża ta’ Balzan, reġa’ kien Sunday Akinbule li poġġa’ l-ballun f’lasta vojta.