Sport Sport Ieħor

Oleksandr Usyk jaħsad u jegħleb lil Anthony Joshua

epa09488637 Anthony Joshua of Britain (R) against Oleksandr Usyk of Ukraine (L) during the heavyweight title match at Tottenham Hotspur Stadium in London, Britain, 25 September 2021. EPA-EFE/NEIL HALL

Oleksandr Usyk huwa l-unified heavywieght champion il-ġdid hekk kif fi ġlieda fit-Tottenham Hotspur Stadium għeleb lil Anthony Joshua wara 12-il round. Usyk deher dominanti tul il-ġlieda kollha fejn rnexxielu jweġġgħa lil Joshua numru ta’ drabi.

Il-boxer Ukren kiseb il-maġġoranza tal-punti mill-ġurija fejn ir-riżultati kienu 117-112, 116-112, 115-113 b’Usyk jagħti t-tieni telfa tal-karriera lil Anthony Joshua. Wara li t-tentattiv li jiġġieled kontra Tyson Fury kien falla, Joshua għażel li jiġġieled kontra Usyk f’dik li dehret li setgħet kienet bħala ġlieda faċli għal Joshua. F’kummenti fuq il-midja soċjali fi tmiem il-ġlieda, Joshua qal li se jibqa’ pożittiv minkejja din it-tlefa filwaqt li rringrazzja lil dawk kollha li attendew.

Ikkummenta