Skont Robert Abela, il-Gvern tiegħu żied id-dħul għall-ħaddiema. Dan meta l-familji Maltin u Għawdxin, xahar wara l-ieħor, qed iwasslu messaġġ ċar lill-Robert Abela illi mhux ilaħħqu sal-aħħar tax-xahar bil-piżijiet tal-prezzijiet dejjem jiżdiedu u bil-pagi li ma jservux.
Apparti dan, l-għoli tal-ħajja u ż-żieda fl-ispiża ta’ prodotti bażiċi qed tkun ta’ uġigħ ta’ ras kbira, anke għal dawk il-familji li għandhom dħul medju.
U minkejja din il-karba tal-familji u l-pensjonanti, Robert Abela l-Ħadd filgħodu stqarr illi ta €53 miljun fil-bwiet tan-nies. Filwaqt illi qal li fl-aħħar xhur “rajna dħul akbar għall-ħaddiema”
Fil-ftit minuti li qatta’ fuq ir-radju Laburista, Abela reġa’ infexx fi kritika partiġġjana kontra l-PN.
Hu sostna wkoll li n-nuqqas ta’ flus fil-but qed jindirizzah bil-vouchers tal-Covid.
Robert Abela injora għal kollox il-problema tal-għoli tal-ħajja u ma offra ebda soluzzjoni kif il-Gvern jista’ jindirizza din ir-realtà.
//= $special ?>