Lokali

TVM ikompli joħnoq il-vuċi tal-Oppożizzjoni

Il-Kamra tal-Ahbarijiet ta’ TVM ghal darb’ohra ma rrappurtat xejn mill-istqarrijiet tal-Partit Nazzjonalista. Fil-Bulettin tat-8pm tal-bieraħ is-Sibt 25 ta’ Settembru, 58% tal-ħin kien kontra ddedikat għall-aħbarijiet li matulhom jidhru l-membri tal-Gvern iżda xejn ma ngħata spazju għal fehmiet tal-Oppozizzjoni.

Matul Settembru sal-bierah, 41% tal-aħbarijiet fuq TVM kien kollu dwar attivitajiet u messaġġi li jinvolvi l-esponenti tal-Gvern. L-Oppozizzjoni Nazzjonalista nnaghtat coverage ta’ mhux iktar minn 7%. Il-kumplament kienu dwar ahbarijiet varji oħrajn.

Il-PN il-bieraħ ħareġ żewġ stqarrijiet li gew injorati kompletament, waħda dwar il-proposti tajba li għamlet l-Ghaqda Maltija Kontra d-Dijabete u t-tweġiba għall-istqarrija tal-PBS stess.

Apparti dan il-Kap tal-Oppożizzjoni tkellem dwar in-nuqqas ta’ ghalliema fl-iskejjel tal-istat lejlet li terga’ tibda l-iskola. Dan ghal PBS mhux aħbar imma hi aħbar biss dak li qalet il-Ministru tal-Edukazzjoni biss.

Il-Partit Nazzjonalista qal li se jkompli jikxef u juri il-manipulazzjoni sistematika tal-Gvern ta’ Robert Abela li ħataf l-istazzjon pubbliku li flok qed iwassal ahbarijiet fl-interess pubbliku qed ixandar biss attivitajiet u messaġġi fl-interess tal-Gvern biss.