Lokali

X’qalilna Ian Castaldi Paris dwar iċ-chats ma’ Yorgen Fenech?

Net AM jixxandra fis-7am fuq Net Television

Skont id-deputat Laburista Ian Castaldi Paris, huwa normali li lin-nies isejħilhom “king”.

Hekk stqarr f’kummenti li ta lil Net News meta l-ġurnalisti tagħna staqsewh dwar il-qrubija tiegħu ma’ Yorgen Fenech; sid il-kumpanija sigrieta 17 Black. Dan wara li l-gazzetta MaltaToday żvelat chats li għaddew bejnu u Fenech ġimgħat biss qabel l-arrest tan-negozjat f’Portomaso.

Malli ħarġet l-aħbar, Net News għamel kuntatt mad-deputat Laburista illi minn naħa tiegħu reġa’ fisser lilu innifsu bħala “stupidu”. Filwaqt illi fl-ebda ħin ma weġibna jekk Robert Abela kienx infurmat b’dawn iċ-chats bejnu u bejn Fenech.

It-telefonata sħiħa ma’ Ian Castaldi Paris se tixxandar it-Tnejn filgħodu fil-programm Net AM fuq Net Television. Il-programm jibda fis-7am.

Net AM għandu preżentazzjoni ta’ Roberta Bonello u Keane Cutajar.