Lokali

Żieda fl-azzjonijiet industrijali mill-Police Officers Union

Ritratt: Arkivji

Il-Police Officers Union ħabbret li se tkun qed iżżid mal-azzjonijiet industrijali li ilhom fis-seħħ daqs ġimgħa ilu hekk kif il-Union tinsab diżappuntata ferm bir-reazzjoni kajmana tal-amministrazzjoni tal-korp tal-pulizija.

Il-Union qed tinforma lill-membri kollha tagħha biex ma jintlibsux il-lenyard mal-uniformi u dawk il-membri stazzjonati ġewwa l-uffiċini distrettwali kif ukoll dawk li jaħdmu d-depot tal-pulizija sabiex ma jaqdux lin-nies wara 12:00.

Il-miżuri li diġa’ kien hemm fis-seħħ kienu li l-membri ma jqaxxrux il-leħja u ma jilbsux il-beritta.

IL-POU qalu li dawn id-direttivi huma l-unika mezz kif jistgħu jsemmgħu leħinhom.