Sport Waterpolo

Artem Goncharenko jirriżenja minn kowċ tat-tim nazzjonali tal-Għawm

Il-kowċ tat-tim nazzjonali tal-Għawm Artem Goncharenko rriżenja mill-kariga tiegħu wara li aċċetta offerta sabiex jingħaqad mal-Federazzjoni Ukrena tal-Għawm.

Goncharenko ilu kowċ tat-tim nazzjonali Malti għall-aħħar ħames snin fejn ra diversi plejers jipprogressaw taħt il-gwida tiegħu. FIlwaqt li rringrazzja lil President tal-Aquatic Sports Association, Joe Caruana Curran, Goncharenko stqarr li x-xogħol li qed jagħmlu huma f’dan l-isport mhux qed ikun apprezzat mill-awtoritajiet.

Artem Goncharenko qal li l-għawwiema u l-kowċis Maltin għandhom ikollhom faċiliatajiet ferm aħjar fejn ikunu jistgħu jtejbu l-abiltajiet u l-prestazzjonijiet tagħhom.