Lokali

Blokka appartamenti li se tidfen lir-residenti Għargħurin

Numru ta’ residenti Għargħurin niżlu fi Triq il-31 ta’ Marzu, fil-Għargħur, jipprotestaw kontra żvilupp ta’ blokka appartamenti, li qed tkun meqjusa bħala l-ogħla bini fiz-zona, hekk kif hemm propost li jitilgħu sitt sulari li se jkunu qed jieħdu post għalqa.

Ir-residenti saħqu li dan il-bini se jkun qed ikompli jidfen lill-Knisja tal-Għargħur, hekk kif se jinħoloq nofs ċirku ta’ appartamenti ta’ ħames u sitt sulari.

Ma’ NET News tkellmet il-President tal-għaqda Flimkien għal Ambjent Aħjar, Astrid Vella, li spjegat aħjar dwar dan l-iżvilupp. Dan fost iż-żieda ta’ tniġġis, kif tkompli tispjega, Astrid Vella.

L-għaqda flimkien mar-residenti qed jitolbu lill-Awtorità tal-Ippjanar biex l-għan ewlieni tagħhom ikun li jkollna pajjiż li wieħed jieħu gost jgħix fih u mhux b’irħula mifnija b’bini li jkunu ta’ detriment għall-ambjent u l-kwalità ta’ ħajja aħjar.