Futbol Sport

Brighton isalvaw draw fl-aħħar permezz ta’ Maupay

F’Selhurst Park Brighton salvaw draw ta’ 1-1 fl-aħħar minuta tal-partita kontra Crystal Palace. It-tim immexxi minn Patrick Vieira ngħataw penalty fil-ħin mogħti żejjed tal-ewwel taqsima meta Leandro Trossard waqqa’ lil Conor Gallagher fil-kaxxa. Mill-ħdax-il metru kien l-attakkant Wilfred Zaha li bagħat lill-goalkeeper in-naħa l-oħra u skorja l-gowl ta’ Crystal Palace. Hekk kif kollox deher li Palace se jirbħu l-partita Brighton salvaw punt fl-aħħar minuta tal-partita meta minn ballun fit-tu lta’ Joel Veltman, kien Neal Maupay li sab ruħu wiċċ’imbċwiċċ mal-gowler li qabbez minn fuqu u kiseb draw importanti għal Brighton.

PREMIER LEAGUE

Is-Sibt Chelsea v Man City 0-1, Man Utd v Aston Villa 0-1, Leicester v Burnley 2-2, Everton v Norwich 2-0, Leeds v West Ham 1-2, Watford v Newcastle 1-1, Brentford v Liverpool 3-3 Il-Ħadd: Southampton v Wolves 0-1, Arsenal v Tottenham 3-1 Illum: C’Palace v Brighton 1-1