Skont l-aħħar aġġornament mediku mill-Ministeru tas-Saħħa, il-Ħadd ma ġiet amministrat l-ebda doża tal-booster tal-vaċċin hekk kif iċ-ċifra baqgħet l-istess tal-jum ta’ qabel – dik ta 6,908.
Bħala tilqim, ġew amministrati 40 doża tal-vaċċin… biex iċ-ċifra globali telgħet għal 816,767 doża.
Fl-istess bullettin mediku ħareġ kif fl-aħħar sigħat instabu 13-il każ ġdid ta’ COVID-19, iżda fortunatament fiequ 43 persuna oħra ….bin-numru ta’ każijiet attivi fil-komunità naqas għal 391.
U minn fost 17-il pazjent rikoverati l-Isptar Mater Dei għall-Coronavirus, 4 minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
Intant, bejn il-Ħadd u t-Tnejn ma miet ħadd kaġun tal-virus biex b’hekk in-numru ta’ vittmi baqa’ dak ta’ 457.
//= $special ?>