Futbol Sport

Diversi plejers u uffiċjali ta’ Hibernians sospiżi mill-UEFA

(Ritratt: Domenic Aquilina)

Diversi plejers u uffiċjali ta’ Hibernians ġew sospiżi mill-UEFA minħabba nuqqas ta’ dixxiplina fil-partita kontra Riga FC. Il-UEFA fetħet l-investigazzjoni dwar il-partita wara li r-referee Irlandiż Henessy ta penalty dubjuż lil Riga filwaqt li ħassar gowl ta’ Jurgen Degabriele għal offside ineżistenti. Dawn l-episodji wasslu għal protesti mill-plejers u uffiċjali ta’ Hibernians, b’konsegwenza li nfetħu proċeduri dixxiplinarji mill-Bord tal-UEFA.

Il-captain ta’ Hibernians Andrei Agius u Bjorn Kristensen ġew sospiżi ħames logħbiet kull wieħed, bil-kowċ Stefano Sanderra u t-Team Manager Jesmond Abela jingħataw l-istess sospensjoni. Min-naħa l-oħra Ferdinando Apap ingħata sospensjoni ta’ erba’ logħbiet filwaqt li l-club ġie immultat €13,500.

Madanakollu il-paġna ta’ Replay (Net Television) irrapurtat li Hibernians mistennija jappellaw minn din id-deċiżjoni.