Futbol Sport

Draw bejn Venezia u Torino

Fi Stadio Pierluigi Penzo Venezia u Torino temmew fi draw ta’ 1-1. Venezia kellhom gowl ta’ Dennis Johnson mħassar mill-VAR fil-25 minuta minħabba li r-referee aġġudika li Johnson kien f’posizzjoni ta’ offside. Fit-tieni taqsima Torino iddominaw aktar il-pusses tal-ballun u fis-56 minuta marru fil-vantaġġ, meta minn pass ta; Wilfried Singo kien Josip Brekalo li kkonkluda fix-xibka għal 1-0.

Minkejja dan fis-76 minuta Venezia ingħataw penalty għal foul ta’ Koffi Djidji fuq David Okereke, bir-referee jkeċċi lil Djidji għat-tieni karta safra. Mill-ħdax-il metru inkariga ruħu Mattia Aramu li ma żbaljax u kiseb id-draw għal Venezia. B’hekk b’dan id-draw Torno telgħu fid-disa’ post tal-klassifika bi 8 punti filwaqt li Venezia baqgħu jokkupaw it-tmintax-il post b’4 punti, b’punti indaqs ma’ Spezia.