Sport Sport Ieħor

Gianluca Chetcuti jirbaħ il-Kompetizzjoni MSSF Trap

Gianluca Chetcuti rebaħ il-kompetizzjoni tal-MSSF Trap li kienet organizzata il-Ħadd fir-Range tal-Bindija. Fit-tieni post spiċċa Anġlu Ciappara filwaqt li Nazzareno Attard temm fit-tielet post. It-tiraturi sparaw fuq 50 plattina, segwiti mill-finali.

Is-sitt Finalisti skond il-Bib number u l-kwalifikazzjoni tagħhom kienu:

Gianluca Chetcuti b’total ta’ 47/50; Nazzareno Attard 45/50, Nathan Lee Xuereb 45/50, Stephen Vella 45/50, Ryan Bugeja 45/50, Anġlu Ciappara 44/50.

Ir-riżultati uffiċjali wara l-Finali kienu: Gianluca Chetcuti 39/50, Anġlu Ciappara 38/50, Nazzareno Attard 29/40, Stephen Vella 24/35, Nathan Lee Xuereb 22/3, Ryan Bugeja 16/25