Lokali Sport

“Il-Gvern qed jerġa’ jikkopja l-proposti li qed iressaq il-PN” – Bernard Grech

“Nagħti l-kelma tiegħi li Gvern ġdid Nazzjonalista jwettaq din il-proposta, mingħajr ma jkompli jwiegħed u jidħak bid-dilettanti.”

Hekk saħaq il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech, meta f’post fuq Facebook tkellem fuq il-mod kif Robert Abela qed jikkopja l-proposti tal-Partit Nazzjonalista, issa anki fuq it-trakka tad-dilettanti tat-tlielaq tal-karozzi, biex issa issa qed jagħmilhom tiegħu.

“Wara snin iwiegħed li se ssir it-trakka tad-dilettanti tat-tlielaq tal-karozzi u jħalliha fuq l-ixkaffa, il-Gvern Laburista reġa’ qajjimha hekk kif qorbot l-elezzjoni ġenerali u wara li din il-proposta erġajt ikkommettejt ruħi dwarha lbieraħ.”

Bernard tenna li d-dilettanti tal-karozzi ħaqqhom ħafna aħjar minn hekk għaliex ilhom wisq jiġu ttraduti minn dan il-Gvern.