Lokali Qorti

Il-kumpilazzjoni tal-mara ta’ Keith Schembri tieqaf ħesrem

Ritratt: Joseph Galea

Il-kumpilazzjoni tal-provi fil-każ tal-ħasil tal-flus kontra Josette Schembri Vella, il-mara tal-eks Kap Chief of Staff, f’Kastilja – Keith Schembri, waqfet ħesrem wara li wieħed mill-Ispetturi prosekuturi jinsan imsiefer. Schembri Vella tinsab akkużat b’ħasil ta’ flus bejn l-2008 u l-2020 u li naqset milli tosserva d-dmirijiet kollha ta’ direttur ta’kumpanija.

Hija miżżewġa liċ-Chief of Staff ta; l-eks Prim Ministru Joseph Muscat, li huwa stess huwa akkużat b’ħasil ta’ flus fi proċeduri separati. Meta kellu jitkompla l-każ, l-Ispettur tal-Pulizija Ian Camilleri ġie msejjaħ għal fuq il-pedana tax-xhieda, iżda informa lill-qorti li ma setax jelabora dwar il-każ, minħabba li l-kollega tiegħu l-Ispettur Leanne Bonello kienet imsiefra, u li hija għandha aktar provi fuq il-każ.

Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech ma kinitx kuntenta u ċanfret lill-prosekuzzjoni għan-nuqqas ta’ tħejjija tagħhom. Min-naħa tagħhom, l-avukati difensuri Edward Gatt u Mark Vassallo qalu lill-qorti li kienu qed jikkontestaw prima facie, dik li l-akkkużata titpoġġa taħt att ta’ akkuża.

Huma argumentaw li ma kienx hemm provi biżżejjed biex il-mara titpoġġa taħt att ta ’akkuża. Il-każ ġie differit għal bidu tax-xahar id-dieħel biex jixhed l-Ispettur Bonello.