Lokali

Jinġabru ‘l fuq minn €1,600,000 għal Dar Bjorn

€1,600,723 – Din kienet is-somma finali miġbura waqt il-maratona għal Dar Bjorn li ttellgħet tul il-jum tal-Ħadd.

€926,000 kienet  iċ-ċifra li d-dar kellha bżonn biex il-ħolma ta’ Bjorn Formosa issir realtà – dik li f’Malta jkun hawn it-tieni dar għall-pazjenti bl-ALS, li se tinfetah f’Ħaż-Żebbuġ.

Din id-dar mistennija li tkun b’kobor ta’ 650 metru kwadru u se tkun mifruxa fuq seba’ sulari. F’din il-faċilità hemm pjanat li jkun hemm ‘il fuq minn 30 sodda, pool fuq ġewwa, kafetterija, u kliniċi, fost l-oħrajn.

Dan il-proġett se jiġi jiswa mal-€5 miljun.

Fl-aħħar tliet snin inġabru mal-€4 miljun, bl-aħħar ċifra miġbura ta’ €1,600,000 se tgħin mhux ftit biex dan il-proġett ikun lest.

Bjorn Formosa kien beda ALS Malta sitt snin ilu u minn hemm, dejjem ħadem biex jgħin lil pazjenti biex jgħixu ħajja aħjar. Fl-2017, l-ewwel dar ġiet inawgurata f’Ħal Qormi iżda sfortunatament din kienet wisq żgħira biex tofri sostenn għal kull pazjent …u huwa propju ghalhekk li issa se tinfetaħ it-tieni dar għall-persuni bl-ALS.