Internazzjonali

Jitlef ħajtu waqt terremot fi Kreta

Talanqas persuna tilfet ħajjitha wara li terremot li mmarka 5.8 fuq l-Iskala Richter laqat lil Kreta, li hi l-akbar fost il-Gżejjer Griegi u li għandha wkoll l-akbar numru ta’ abitanti minn fost dawn il-gżejjer.

Sar magħruf li l-vittma – raġel  — miet wara li ċediet il-koppla ta’ knisja li qed isirilha xogħol ta’ renovazzjoni u li tinsab fil-belt ta’ Arkalochori. Intant, mal-ewwel theżżiża, in-nies ħarġu jiġru f’paniku fit-toroq waqt li l-inħawi bdew jintlaqtu mit-theżżiż tal-art sekondarju.

L-aħħar rapporti rreferew ukoll għal numru ta’ midruba, bl-awtoritajiet għall-protezzjoni ċivili jikkonfermaw li diversi bini fi Kreta ġarrbu l-ħsarat b’kaġun tat-terremot.