Lokali

Mara spiċċat l-Isptar wara ħabta f’Ħaz-Zabbar

Mara ta’ 49 sena residenti l-Fgura ittieħdet l-Isptar wara li kienet involuta f’ħabta fi Triq Villa Bate Ħaz-Zabbar.

Il-ħabta seħħet matul il-jum tat-Tnejn għall-ħabta tat-3pm, bejn karozza tat-tip Toyota Vitz misjuqa mill-vittma u vettura tat-tip mitsubishi colt, misjuqa minn raġel ta’ 47 sena residenti iz-Zejtun.

Filwaqt li s-sewwieq tal-vettura mitsubishi colt ingħata kura fuq il-post, il-mara li kienet qed isuq karozza tat-tip Toyota Vitz kellha ttieħed l-Isptar għal aktar kura.

Il-kundizzjoni tas-sewwieqa tat-Toyota Vitz għadha mhux magħrufa.

Il-pulizija għadha qed tinvestiga x’wassal għal dan l-inċident.