Lokali

Raġel imfittex mill-Awtoritajiet Amerikani arrestat f’Malta

Raġel ta’ 68 sena ġie arrestat kmieni dalgħodu wara ħidma konġunta bejn l-Awtoritajiet Maltin u l-Amerikani. Ir-raġel kien imfittex sabiex jgħaddi proċeduri b’rabta ma’ tixħim, assoċjazzjoni fuq frodi ta’ madwar $50 miljun lill-Gvern Amerikan u assoċċjazzjoni ta’ ħasil ta’ flus.

Huwa ser jitressaq il-Qorti quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Yana Micallef Stafrace, illum, għall-ħabta tas-2.30 ta’ waranofsinhar.

Il-Prosekuzzjoni ser titmexxa mill-Ispetturi Robinson Mifsud u Omar Zammit mit-Taqsima tar-Relazzjonijiet Internazzjonali.