Lokali

Sewwieq ta’ mutur isofri minn ġrieħi gravi

Sewwieq ta’ mutur qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ għall-ħabta tad-9.00 ta’ dalgħodu fi Triq Dawret il-Gudja, il-Gudja.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn investigazzjoni preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur misjuq minn raġel ta’ 23 sena residenti Ħal Qormi u karozza misjuqa minn mara ta’ 24 sena residenti Ħaż-Żabbar.

Tim mediku ta l-assistenza u ambulanza ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei għal aktar attenzjoni medika. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.