Lokali

19-il jum ta’ inizjattivi għar-raba’ anniversarju tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia

“Daphne kellha raġun”. Din ser tkun it-tema tal-inizjattivi b’rabta mar-raba anniversarju mill-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Waqt konferenza tal-ahbarijiet, il-President tal-ghaqda Repubblika, Robert Aquilina saħaq li dan huwa wkoll l-ewwel anniversarju minn mindu xahrejn ilu ġie ppublikat ir-rapport tal-inkjesta tat-tliet imħallfin dwar l-assassinju ta’ Caruana Galizia… u l-Gvern għadu ma ħa l-ebda pass konkret biex jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tagħha.

Intant, l-inizjattivi li thabbru t-Tlieta huma mifruxa fuq 19-il jum… sas-16 t’Ottubru.

Fost l-ohrajn, ser tkun qed tintrama esebizzjoni dwar l-istejjer ta’ Daphne Caruana Galizia f’postijiet pubbliċi fosthom ir-Rabat Għawdex, Ir-Rabat Malta, Ħal Qormi, Tas-Sliema kif ukoll il-Belt Valletta.

L-esebizzjoni ser idumu numru ta’ jiem f’kull lokalità, li matulhom attivisti ta’ Repubblika ser ikunu qed jiltaqgħu u jitkellmu man-nies u jqassmulhom materjal informattiv.

L-inizjattivi jiġu fi tmimhom propju fis-16 t’Ottubru fejn se tkun qed issir laqgha silenzjuża fil-bidnija, quddiesa f’sufraġġju għal Daphne Caruana Galizia kif ukoll velja quddiem il-Qorti.

Dawn l-inizzjativi ser ikunu qed isiru f’isem Repubblika, Occupy Justice u manueldelia.com