Fl-aħħar sigħat instabu 16-il każ ġdid ta’ COVID-19, iżda fortunatament fiequ 37 persuna oħra, bin-numru ta’ każijiet attivi fil-komunità naqas għal 370.
Minn fost 13-il pazjent rikoverati l-Isptar Mater Dei għall-Coronavirus, 3 minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
Fortunatament fl-aħħar 24 siegħa f’pajjiżna ma ġiet irreġistrata ebda fatalità kawża tal-pandemija, bl-ammont ta’ vittmi baqa’ dak ta’ 457, filwaqt li sal-jum tat-Tnejn ingħataw ‘il fuq minn 8,000 doża tal-booster.
//= $special ?>