Futbol Sport

Devis Mangia jispjega d-deċiżjoni dwar l-għażliet tiegħu

(Ritratt: Martin Agius)

Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti Devis Mangia kkonferma li l-esklużjoni tal-captain Andrei Agius kif ukoll il-plejers Bjorn Kristensen u Ferdinando Apap mit-tim nazzjonali saret fuq bażi ta’ dixxiplina. L-aħbar tasal l-għada li l-UEFA tat sospensjoni fit-tul lit-tliet plejers, kif ukoll lil diriġenti ta’ Hibernians F.C. u multa lill-klabb, wara l-argumenti li nqalgħu fil-logħba kontra Riga F.C.Mistoqsi mill-midja lokali, Devis Mangia qal li d-deċiżjoni ttieħdet għaliex il-plejers tat-tim nazzjonali ffirmaw kodiċi ta’ etika li jridu jsegwu.

Irrimarka wkoll li l-ksur ta’ dan il-kodiċi għandu riperkussjonijiet stabbiliti li hu, bħala kowċ nazzjonali, marbut li jara li jkunu rispettati.Qal ukoll li kien hu li kkomunika personalment mal-plejers, qabel tħabbret is-selezzjoni tiegħu, kif ukoll ippreċiża li t-tlieta li huma għadhom fil-pjanijiet tiegħu. Iddikjara li d-deċiżjoni ttieħdet għaż-żewġ logħbiet li jmiss tat-tim nazzjonali.