Għaddew ix-xhur minn meta l-Awditur Ġenerali kixef kif il-Gvern Laburista qed jisraq lill-poplu Malti u Għawdxi fil-kontijiet tad-dawl. U fl-istess perijodu, kienu ħafna dawk in-nies li wieġbu għas-sejħa tal-PN u marru bil-kontijiet tagħhom fid-Dar Ċentrali appena il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech wiegħed li Gvern ġdid Nazzjonalsita jrodd lura l-flus kollha li insterqu.
Affaċjata b’dan kollu, l-Ministru inkarigata minn dan is-settur, Miriam Dalli, għall-ewwel ħarbet milli twieġeb. Kienu għaddew ftit jiem, u qaltilna li l-Gvern kien qed isib soluzzjoni għal din il-problema. Iżda jidher li din is-soluzzjoni – għal problema li sirna nafu biha xhur ilu – għadha ma waslitx. Dan meta għal darb’oħra, il-Ministru qalet li għadhom qed iħarrsu lejn is-soluzzjonijiet. Net News ilu jagħmel din id-domanda sa mis-Sajf li għadda, domanda li għaliha dejjem ingħatajna l-istess risposta u għadna sal-lum ma nafux meta se tasal din is-soluzzjoni li ilha tant tgħid biha l-Ministru Dalli.
Il-Gvern Laburista diġà ilu 3 snin li wiegħed li din is-sistema tal-ARMS kellha tiġi riveduta. Il-Gvern Laburista ilu mill-2018 b’rapporti li l-ARMS kienet qed tiċċarġja lill-poplu żżejjed, iżda dwar dan kollu baqa’ ma għamel xejn… u għal darb’oħra, il-Ministru Miriam Dalli kkonfermat li l-Labour soluzzjoni għad m’għandux, u ma jafx meta se jkollu.
Minn naħa l-oħra, il-PN kien ċar ħafna – il-Kap tal-Partit Nazzjonalista insista li Gvern ġdid immexxi minnu jagħti l-flejjes kollha lura lill-poplu, li nsteraq b’mod sfaċċat mill-Gvern tal-Labour. Dan filwaqt li Gvern ġdid Nazzjonalista jkun kommess li jnaqqas il-prezzijiet tal-enerġija b’mod sinifikanti, partikolarment bil-korrezzjoni tal-mekkaniżmu li bih jinħadmu l-kontijiet.
Dan apparti li l-interconnector mhux qed ikun utilizzat kemm mixtieq fl-interess nazzjonali. Filfatt, pajjiżna spiċċa ħallas €10 miljun iktar għax konna marbutin li nixtru mill-Electrogas meta l-interconnector kien irħas. Dan b’detriment ghall-familji u n-negozji kollha Maltin u Ghawdxin.
//= $special ?>