Lokali

Il-Kamra tal-Periti tikkundanna l-każ li seħħ fil-Mellieħa

L-industrija tal-kostruzzjoni laħqet livell ibaxx illum jekk rapporti li dehru fuq il-media lokali jiġu kkonfermati
rigward kuntrattur mhux magħruf li ħalla ħaddiem midrub serjament f’ġenb ta’ triq imwarrba.

Waqt li qed jiġu diskussi miri ambizzjużi rigward it-tibdil fil-klima, strateġija dwar il-konsum imnaqqas talkarbonju, u in-New Bauhaus Initiative, l-inċident ta’ llum ifakkarna li x’uħud f’din l-industrija għadhom lanqas laħqu livell bażiku ta’ mġieba responsabbli bbażata fuq l-umanità u l-kompassjoni.

Sakemm il-kuntratturi ma jkunux meħtieġa jkunu f’pussess ta’ liċenzja sabiex joperaw, liema liċenzja trid
tassigura li jkunu jridu joperaw bi tħaris tar-regolamenti tal-bini u jimpjegaw il-ħaddiema tagħhom b’mod
legali, mhux ser jirnexxilna nagħmlu l-qabża ta’ kwalità li hemm bżonn. B’sistema ta’ liċenzjar f’postha,
wieħed għandu jistenna li jekk dawn ir-rapporti jkunu konfermati, il-kuntrattur involute kien jitlef il-liċenzja
u ma jkollux dritt jerġa’ jopera f’din l-industrija.

Il-Kamra tal-Periti tagħraf li d-diskussjoni dwar ir-regolamenti l-ġodda dwar il-liċenzjar tal-kuntratturi
għandha terġa’ tissokta fil-BICC fil-ġimgħat li ġejjin, wara li kienu waqfu f’Mejju tal-2019. Il-Kamra ser tinsisti
li dawn ir-regolamenti għandu jkollhom provedimenti li jissanzjonaw jew jiskwalifikaw kuntratturi li nstabu
li kienu responsabbli għal tidrib jew mewt tal-ħaddiema tagħhom jew ta’ ġirien minħabba negliġenza
tagħhom qabel ma dawn ir-regolamenti jkunu daħlu fis-seħħ.

L-industrija trid tibgħat messaġġ b’saħħtu lill-“cowboys” billi l-istakeholders prinċipali jadottaw politika ta’ zero-tolerance għal sfruttament tal-ħaddiema tagħha b’imġieba inumana u negliġenti.

Tags