Stqarrija maħruġa mill-MUT tgħid li rapporti li qed jidħlu juru l-paniku assolut li jinsab fih il-Ministeru tal-Edukazzjoni hekk kif uffiċjali qed iċemplu lill-għalliema fuq il-mowbajl privat tagħhom u jordnawlhom biex minn għada jirrapurtaw għax-xogħol fi skola oħra. Saħansitra kien hemm telefonati lil partners ta’ għalliema meta l-għalliema ma setgħux jiġu ikkuntattjati mill-Ministeru.
Il-union tal-għalliema qalet li dan huwa attentat iddisprat sabiex il-Ministeru jipprova jgħatti l-frattarija li għamel matul tmiem il-ġimgħa u fix-xhur ta’ qabel. “Issa li fallielu l-pjan ta’ rimedju immedjat permezz tas-smigħ tal-mandat fil-qorti kontra l-għalliema affetwati u l-MUT, il-Ministeru kontra kull proċedura qed iċempel lill-għalliema sabiex minn għada jinsew is-servizzi speċjalizzati tagħhom, inkluż dawk ta’ għajnuna għal studenti vulnerabbli, u minflok imorru fi klassi tal-primarja.”
L-MUT qed tagħti direzzjoni lill-għalliema li qed jirċievu dawn it-telefonati sabiex jinjorawhom u/jew ma jirrispondux tali telefonati.
//= $special ?>