Il-Partit Nazzjonalista jilqa’ t-tħabbir tal-proġett ta’ trakka ġdida tal-motorsport. Din hija faċilitá sportiva li ilha mixtieqa u mistennija minn ħafna dilettanti u entużjasti Maltin.
Fi stqarrija, il-Kelliem għall-Edukazzjoni u l-Isport Clyde Puli saħaq li Il-Partit Nazzjonalista jinnota li din hija t-tielet darba li l-Partit Laburista qiegħed iwiegħed trakka lejliet l-elezzjoni ġenerali minkejja li l-wegħda baqgħet ma twettqitx fuq żewġ legiżlaturi in fila ta Gvern Laburista. Issa t-trakka qed tiġi mwegħdha għat-tielet darba.
Il-Partit Nazzjonalista jibqa’ kommess li jwettaq il-wegħda li għamel il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech li din it-trakka titwettaq għall-benefiċċju tal-isportivi Malti.
//= $special ?>