Futbol Sport

Il-UEFA tirtira l-azzjonijiet legali fil-konfront ta’ Barcelona, Juventus u Real Madrid

Il-UEFA rtirat l-azzjonijiet legali fil-konfront ta’ Barcelona, Real Madrid u Juventus wara li t-tliet klabbs baqgħu jippersistu li jwaqqfu l-European Super League

Dawn it-tliet klabbs kienu fost tnax-il klabb ieħor minn madwar l-Ewropa li f’April li għadda qablu li għandu jitwaqqaf il-European Super League. Fi stqarrija uffiċjali, l-UEFA qalet li l-azzjonijiet fil-konfront tat-tliet klabbs se jkunu kkunsidrati bħala null.

Din id-deċiżjoni jidher li ttieħdet wara li f’April li għadda il-qorti ta’ Madrid qalet li l-UEFA ma tistax tieħu azzjoni fil-konfront tal-klabbs tas-Super League minħabba li tkun qed tikser regoli Ewropej, bil-każ imur quddiem il-Qorti Ewropeja.

Il-UEFA jidher li ħadet dan il-pass hekk kif mhijiex qed tafda lill-maġistrat responsabbli mill-każ fil-qorti ta’ Mardid.