Illum tirritorna l-UEFA Champions League bl-aktar partita li tispikka tkun dik ta’ PSG kontra Man City. Fi Grupp A Man City rebħu l-ewwel partita tagħhom kontra RB Leipzig bl-iskor ta’ 6-3, bit-tim immexxi minn Pep Guardiola jkollu jitħaba mhux ftit biex jirbaħ dan il-konfront fl-Etihad Stadium. Min-naħa l-oħra fl-ewwel partita tagħhom PSG temmew fi draw diżappuntanti ta’ 1-1 kontra Club Brugge, liema partita kienet l-ewwel waħda b’Kylian Mbappe, Lionel Messi u Neymar flimkien għal PSG.
Għal konfront ta’ llum mistenni jirritorna Lionel Messi li tilef l-aħħar partiti ta’ PSG fil-Ligue 1 minħabba injury, fejn se jkun qed iħrares li jiskorja l-ewwel gowl bil-flokk ta’ PSG. Il-partita ta’ llum se tkun ukoll is-sitt darba li dawn iż-żewġ timijiet se jiltaqgħu, b’PSG għadhom mingħajr rebħa fuq Man City, bl-aħħar żewġ rebħiet għas-Citizens ikunu fis-semi finali taċ-Champions League tal-istaġun li għadda.
Għada, f’partita oħra Juventus se jaffrontaw lil Chelsea fl-Allianz Arena. Iż-żewġ timijiet kellhom bidu kuntrastanti fil-kampjonati rispettivi tagħhom, iżda fil-UEFA Champions League iż-żewġ timijet bdew b’rebħa. Juvenuts kisbu rebħa ta’ 3-0 barra minn darhom għand Malmo filwaqt li Chelsea għelbu lil Zenit bl-iskor ta’ 1-0.
Juventus mistennija jkunu mingħajr l-attakkanti Paolo Dybala u Alvaro Morata li t-tnejn sofrew injuries fir-rebħa ta’ Juventus fuq Sampdoria. Min-naħa l-oħra għal Chelsea mistenni jirritorna l-midfielder Ingliż Mason Mount, li tilef l-aħħar partiti minħabba injury. Dan se jkun il-ħames konfront bejn dawn iż-żewġ timijiet, bl-avversarji jirbħu partita kull wieħed, filwaqt li tnejn oħra spiċċaw fi draw.
UEFA CHAMPIONS LEAGUE
Illum : PSG v Man City 9.00pm, RB Leipzig v Club Brugge 9.00pm, Milan v Atletico Madrid 9.00pm, Porto v Liverpool 9.00pm, Ajax v Besiktas 6.45pm, B.Dortmund v Sporting 9.00pm, Shaktar D. v Inter 6.45pm, Real Madrid v Sheriff 9.00pm
Għada: Bayern M.v D. Kyiv 9.00pm, Benfica v Barcelona 9.00pm, Atalanta v Young Boys 6.45pm
Man Utd v Villareal 9.00pm, Salzburg v Lille 9.00pm, Wolfsburg v Sevilla 9.00pm, Zenit S.P. v Malmo 6.45pm, Juventus v Chelsea 9.00pm